Tisraq minn numru ta’ ħwienet; sentenza sospiża

serq ħwienet

Mara li serqet ħwejjeġ, fwieħa u żraben mill-istabbilimenti f’The Point ngħatat sentenza sospiża wara li ammettiet għal li għamlet.

Ir-Rumena ta’ 42 sena ġiet akkużata b’7 serqiet f’jumejn minn ħwienet f’Tas-Sliema, b’total ta’ €1,900. Il-pulizija sabu l-oġġetti nieqsa fil-kustodja tal-mara.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, tat lill-akkużata s-sentenza ta’ 14-il xahar ħabs, sospiżi għal sentejn, filwaqt li wissietha fuq il-konsegwenzi li jista’ jkun hemm jekk twettaq reat ieħor.

Il-mara, li dehret sogħbiena, qalet li din kienet l-ewwel u l-aħħar darba li għamlet xi ħaġa bħal din.