Tisraq €700 minn tieġ; libertà bil-kundizzjoni

Żagħżugħa ta’ 28 sena ngħatat il-libertà bil-kundizzjoni li ma tagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin wara li ammettiet l-akkużi tas-serq. Il-każ seħħ f’Settembru li għadda meta l-mara serqet madwar €700 minn tieġ. Il-Maġistrat Monica Vella qalet li kienet infurmata liż-żagħżugħa rritornat lura l-flus misruqa u għalhekk il-Qorti kienet qed tiddeċidi li tagħtiha ċans ieħor.

Iż-żagħżugħa kienet akkużata li fit-23 ta’ Settembru għall-ħabta 11.30pm kienet daħlet f’lukanda li tinsab f’San Pawl il-Baħar u serqet madwar €700 lill-koppja li kienu qed jiċċelebraw it-tieġ tagħhom fl-istess lukkanda.

Iż-żagħżugħa li kienet diġà kellha każ ieħor fil-Qorti li għalih ingħatat il-libertà bil-kundizzjoni li ma tagħmilx reat ieħor fiż-żmien tliet snin f’April 2016.

Il-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Maurice Curmi.