Tisraq basket bi €3,500 minn persuna bi problema ta’ vista

Mara ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar instabet ħatja li fi Frar tal-2018 serqet basket li fih kien hemm is-somma ta’ €3,500 u xi oġġetti oħra.

Fil-Qorti ħareġ li fil-jiem ta’ qabel l-akkużata serqet ukoll żewġ grosos sigaretti u sitt pakketti oħra sigaretti. Hija kienet akkużata li kienet reċediva minħabba li fit-8 ta’ April 2014 hija kienet instabet ħatja u ngħatat xahar ħabs sospiż f’erba’ snin.

Il-Qort kkunsidrat il-gravità tal-każ speċjalment minħabba li l-vittma għandha problemi ta’ vista, kif ukoll l-fatt li l-akkużata għandha rekord kriminali kkulurit u naqset milli trod lura l-fluss lill-vittma minkejja li kellha żmien biżżejjed li tagħmel dan.  Il-Qorti kkundannat lill-akkużata sentejn ħabs effettivi.