Tisqif ta’ ġwiebi fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta

Waħda mis-sejħiet għall-offerti tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma hi biex jissaqfu għaxar ġwiebi f’diversi lokalitajiet fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta.
Fi stqarrija l-Korporazzjoni ppublikat tliet sejħiet għall-offerti oħra li jaħsbu biex jimmodernizzaw sistemi tad-drenaġġ fl-inħawi tal-korsa tal-Marsa.
Dawn is-sistemi ġodda se jaħsbu biex jevitaw milli joħroġ drenaġġ fit-triq billi tiżdied l-effiċjenza bit-tqegħid ta’ pajp wiesgħa dijamteru f’medda ta’ kilometru, b’immonitorjar permezz ta’ l-internet f’39 lokalità differenti kif ukoll bit-tqegħid ta’ sensors li jinfurmaw lill-Korporazzjoni f’każ ta’ urġenzi u tniġġis.
RITRATTI: KORPORAZZJONI TAS-SERVIZZI TAL-ILMA