Aġġornata (2): Persuna mejta wara li tisplodi karozza f’Wied il-Għajn

Aġġornata 2pm
Ir-raġel mejjet ġie identifikat bħala Martin Cachia, ta' 56 minn Wied il-Għajn. Huwa rrappurtat li Cachia kellu każ pendenti l-Qorti dwar traffikar ta' persuni.

Iktar kmieni
Raġel tilef ħajjtu wara li karozza splodiet dalgħodu għall-ħabta tad-9.15 fi Triq Latmija f’Wied il-Għajn.
Uffiċjali tal-Pulizija qalu ma’ Newsbook.com.mt li mir-rapporti li waslulhom jidher li kien hemm splużjoni li waslet biex il-vettura ħabtet ma’ ħajt.
Mal-wasla tagħhom fuq il-post, il-Pulizija sabu l-persuna mejta fil-karozza li kienet qed tieħu n-nar.
Dwar il-każ inħatret inkjesta maġisterjali. 

Ritratt: The Malta Police Force fuq Facebook