Tisplodi ċisterna taż-żejt qrib Tripli

Matul il-lejl li għadda, rokit laqat ċisterna taż-żejt daqs 16-il kilometru ‘l barra minn Tripli.
Kawża tal-isplużjoni seħħew nirien kbar bil-biża li tinħoloq straġi.
Kien kelliem għall-kumpanija tal-enerġija NOC li għadda d-dettalji tal-każ.
Qal li l-ħaddiema tat-tifi tan-nar ma rnexxilhom jitfu n-nirien u kellhom jitilqu minn fuq il-post.
Il-Libjani qalu li tista’ ssir splużjoni kbira, bin-nirien jimxu bejn tlieta jew ħames kilometru.
Ir-residenti qrib l-isplużjoni ġew evakwati kollha, l-inħawi jinsabu qrib iċ-ċentru tal-ġlied bejn il-militanti armati u s-suldati Libjani.