Tisplodi bomba waqt rally fl-Etijopja

Read in English.

Il-Prim Ministru l-ġdid tal-Etijopja Abiy Ahmed qal li bosta persuni mietu wara li splodiet bomba waqt rally aktar kmieni dalgħodu.

Ahmed kien qed jitkellem waqt ir-rally, u ttieħed immedjatament f’post sigur mill-forzi tas-sigurtà. Mill-investigazzjonijiet jidher li l-bomba kienet tat-tip hand grenade li ntefgħet f’nofs il-folla li kienet tikkonsisti f’eluf ta’ nies fi pjazza Meskel fil-belt kapitali Addis Ababa.

F’kummenti li ta Ahmed qal li huwa jaħseb li dan kien attakk minn min ma jridx li l-Etijopja tingħaqad u dan kien parti minn sensiela ta’ attakki minn gruppi etniċi oħrajn li jħossuhom emarġinati.

Ahmed jifforma parti mill-grupp etniku ta’ Oromo li kien suġġett għal attakki ta’ kontra l-gvern li ħallew eluf ta’ nies mejta.