Tispicca l-qorti wara li griet bil-malja f’purċissjoni

Mara mill-Kazakistan tressqet il-qorti aktar kmieni wara nofsinhar wara li ammettiet li kienet libsa malja meta ġriet lejn purċissjoni s-Sibt filgħaxija f’Tas-Sliema.
Christina Betke ta’ 28 sena ma riditx tkun rappreżentat minn avukat, filwaqt li sostniet li kienet ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha.
Fil-qorti l-mara qalet li kien taħt l-influenza tal-alkoħol meta waslet ix-xatt ta’ Tas-Sliema fuq dgħajsa u bdiet tiżfen mal-banda fil-purċissjoni, b'ilbies mhux xieraq.
Fix-xhieda tiegħu, l-Ispettur Jason Sultana qal li l-mara kkoperat mal-pulizija u li ma weġgħet lil ħadd.
Il-Maġistrat Bugeja ħadet nota tan-natura ta’ dan l-inċident u mmultat il-mara €150.
Il-mara 
ngħatat il-libertà b’kundizzjoni imposti fuqha għal sentejn.