Tispiċċa fuq ir-roundabout fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu

Tfajla ħelsitha ħafif wara inċident bil-karozza fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu f'Ħal Tarxien.
L-inċident seħħ fil-5.15am fi Vjal Santa Luċija fejn tfajla ta' 26 sena residenti l-Mosta tilfet il-kontroll tal-karozza u spiċċat fuq ir-roundabout.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li fuq il-post issejħu l-Pulizija u trakk tal-irmunkar biex neħħew il-karozza u jikkontrollaw it-traffiku.
Fortunatament ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Ritratt: Ġaħan Onlajn