“Tislima xierqa għal Jean Paul Bonett quddiem il-Patrun li tant refa’ fuq spalltu”

Facebook: Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906 Paġna Uffiċjali

Illum ingħatat l-aħħar tislima lil Jean Paul Bonett, fil-paroċċa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.

Huwa kien wieħed mir-reffiegħa tal-vara ta’ San Gejtanu. L-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu esprimiet li huwa xieraq li t-tislima tiegħu saret quddiem il-Patrun li tant refa’ fuq spalltu. Il-kollegi tiegħu tax-xogħol ukoll sostnew li qatt m’huma se jinsewh, u li se jibqa’ f’qalbhom għal dejjem.

Bongu hbieb illum naghtu l ahhar tislima lil Jean Paul Bonnett kollega ta xoghol taghna mhu ha ninsewk qatt f'isem shabna tal KERBER SECURITY u M O C SECURITIES ha tibqa f'qalbna al dejjem rip

Posted by Leo Casha on Monday, August 26, 2019

Jean Paul Bonett tilef ħajtu traġikament wara li ħa xokk tal-elettriku waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fil-maħżen tal-Karnival fil-Marsa.

Aqra: Raġel imut b’xokk f’maħżen tal-Karnival

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali flimkien ma’ Festivals Malta, wrew is-sogħba tagħhom għall-mewt ta’ Jean Paul Bonett wieħed mill-aktar persuni delettanti tal-Karnival. Fi stqarrija ħabbru li ġew imħassra l-attivitajiet kollha relatati mal-Karnival tas-sajf li kienu jsiru fi tmiem din il-ġimgħa.

Aqra: Jitħassar il-Karnival tas-sajf minħabba l-inċident tal-Marsa

Bosta kienu dawk li fuq Facebook ħallewlu messaġġi ta’ kondoljanzi u esprimew il-ħasda li ħadu malli saru jafu.

Aqra: ‘Dħakna u bkejna flimkien’ – xita ta’ kummenti dwar iċ-Chippy