Tislima lil Val Valente

Ilbieraħ tħabbret il-mewt tal-mużiċista Val Valente. Nies li tkellmu ma’ Newsbook u li huma dilettanti sew tal-mużika jazz, tkellmu b’passjoni dwar Val Valente u mużiċisti oħra li magħhom kien idoqq bħal Oscar Lucas li jibqgħu magħrufa għall-ħakma tajba li kellhom ta’ strumenti mużikali bħas-saxaphone u l-klarinett.

Imwieled nhar id-19 ta’ Lulju 1938, Val Valente twieled f’familja ta’ mużiċisti professjonali u kien idoqq xejn inqas minn disa’ strumenti mużikali differenti. Minn meta ifforma l-ewwel band mużikali tiegħu, jingħad li qatt ma ħares lura u dejjem ħalla impronta mużikali b’saħħitha f’kull wirja li ta lokalment u anki lil hinn minn xtutna.

Intant, il-Partit Laburista sellem il-memorja tiegħu u qal li Val Valente jibqa’ mfakkar għar-rabta mal-istorja tal-Belt Valleta u jibqa’ magħruf ukoll bħala wieħed li “xerred it-talenti tiegħu fost ħafna żgħażagħ li xtaqu jitgħallmu l-mużika bħal dan il-maestro per eċċellenza”.

Ritratt: Joe P.Smith

Ħalli l-kumment tiegħek hawn taħt