Tislima lid-donaturi tad-demm li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem

Nhar it-Tnejn li għadda fakkarna jum għażiż għalina lkoll…Jum il-Mejtin kollha. Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jieħu l-opportunità biex isellem u jfakkar il-memorja ta’ dawk id-donaturi tad-demm li għaddew  għall-ħajja ta’ dejjem. Dawn id-donaturi huma l-eroj taż-żminijiet moderni li fis-silenzu min jaf kemm għamlu ġid, kemm għenu, u kemm taw tama u fejqan lill-morda. Il-ġesti ta’ dawn in-nies jixraq mhux biss li wieħed isemmihom, iżda għandhom ukoll ikun eżempju għall-oħrajn, speċjalment iż-żgħażagħ biex permezz tad-donazzjonijiet tad-demm tkun kemm jista’ jkun ippriservata l-ħajja.

Intant dawk li jixtieq jagħmlu dan il-pass għandhom jersqu:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ KULJUM 7 ijiem fil-ġimgħa mit-8:00am sas-6:00pm.  

·  fil-mobile blood donation unit li nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru ser ikun maġenb il-Knisja Parrokkjali tal-Fgura. Dakinhar il-ħin disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm ikun mit-8:30am sas-1:00pm.

·  fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 8 ta’ Novembru ser tkun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Noti importanti!

  • Meħtieġ li wieħed iġib il-Karta tal-Identità, jew il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

·  Kull min ser jersaq biex jagħmel it-test, jew qed jistenna r-riżultat tal-coronavirus ma jkunx jista’ jitħalla jagħti demm għal perjodu temporanju. 

Dan it-tagħrif twassal mis-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm.