Isellmu l-memorja tan-Nutar Antoine Agius minn Ħal Qormi

Numru ta’ għaqdiet, flimkien mal-Partit Nazzjonalista (PN), isellmu l-memorja tan-Nutar Antoine Agius minn Ħal Qormi.

In-Nutar kien kandidat tal-Partit Nazzjonalista fl-1987. Hu jibqa’ l-aktar mfakkar għall-kontribut tiegħu bħala wieħed mill-fundaturi tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Aniċi fil-Paroċċa ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi. Hu serva wkoll bħala l-President tal-istess għal 22 sena.

L-Għaqda Soċjo-Mużikali Aniċi ddeskriviet il-ġurnata tal-aħħar tislima bħala waħda sewda.

Illum ġurnata sewda fuq l-Għaqda tagħna, meta ser tingħata l-aħħar tislima lin-Nutar Antoine Agius President Emeritus u…

Posted by Għaqda Soċjo-Mużikali Anici on Thursday, December 10, 2020

Il-Membru Parlamentari (MP) Clyde Puli wkoll kiteb fuq Facebook dwar in-Nutar. Qal li kien onorat immens meta kien mistieden biex jippresjedi fuq il-ftuh ufficjali tas-sede tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Aniċi fl-1999. Barra minn hekk spjega li l-kuntratt finanzjarju annwali tal-Kunsill, li għadom igawdu minnu l-baned Qriema sallum, fasslu bl-għajnuna ta’ Antoine u ohrajn. L-istess l-iskemi mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-għoti ta’ propjetajiet pubbliċi lill-każini.

#RipNutar. Ilum tajnik l-ahhar tislima. F' Dr Antoine Agius sibt gentlom li hdimt mill-qrib mieghu ghal gid ta Hal…

Posted by Clyde Puli on Friday, December 11, 2020