It-tislima bil-minkeb għandha tiġi evitata – WHO

L-Għaqda Dinija tas-Saħħa wissiet li t-tislima permezz tal-minkeb, li spiss saret tintuża fid-dawl tal-Covid-19, m’għandiex titqies bħala sikura u jekk hu possibbli tiġi evitata.

Wara li l-bews, it-teħid tal-idejn u t-tgħannieq kollha ġew b’xi mod limitati, għadd ta’ individwi u personalitajiet irrikorrew għall-minkeb, biex isellmu lil xulxin. 

Id-Direttur Ġenerali tal-WHO, Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li l-ġest għandu jiġi evitat minħabba li dan jista’ jwassal għat-tixrid tal-virus minħabba li ż-żewġ individwi li jagħmluh ikunu viċin xulxin. 

Minflok, qed jiġi suġġerit li persuna għandha tpoġġi idha fuq qalbha bħala sinjal ta’ rispett u għożża.