Tiskidja karozza tal-linja ġo ħajt f’Raħal Ġdid

Karozza Tal-Linja skiddjat u baqgħet dieħla ġo ħajt ta’ xi ħwienet f’Raħal Ġdid.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega lil-każ seħħ fi Triq Ħaż-Żabbar. Jidher li ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident madanakollu nġema’ xi ftit traffiku fiż-żona.