​Tiskadi l-copyright fuq “Il-Ġlieda ta’ Hitler”

Għall-ewwel darba f’70 sena, se jkun jista’ jinbiegħ il-ktieb bil-manifest politiku li kien kiteb Adolf Hitler għall-Ġermanja.
Dan hekk kif skada l-perijodu tal-copyright ta’ “Mein Kampf” jew inkella “Il-Ġlieda Tiegħi”.
Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-copyright ta’ din il-publikazzjoni kienet għaddiet f’idejn il-Gvern Reġjonali tal-Bavarja.
Mistennija jinħarġu diversi verżjonijiet tagħha fejn storiċi jgħidu li jistgħu jifhmu aħjar x’ġara eżatt fl-era Nazzista.
Oriġinarjament il-Mein Kampf kien ġie pprintjat fl-1925, jew 8 snin qabel ma Hitler ingħata l-poter.
L-awtoritajiet lokali kienu rrifjutaw li jħallu li din il-publikazzjoni tiġi pprintjata biex ma tixxerridx mibgħeda.
Il-liġi tal-copyright fl-Ewropa tgħid li d-drittijiet tal-awtur jibqgħu fis-seħħ sa 70 sena wara mewtu.
Hitler kien qatel lilu nnifsu fit-30 t’April tal-1945.