Tisfronda triq fl-Italja; 20 familja evakwata

20 familja ġie evakwat minn triq fil-Balduina fl-Italja li sfrondat ilbieraħ filgħaxija.
Fuq il-post issejħu żewġ skwadri tat-tifi tan-nar, kif ukoll il-Pulizija li immeddjatament għalqu t-triq.
It-triq sfrondat fond ta’ għaxar metri għall-ħabta tas-6pm u kawża ta’ dan iġġarrfu sitt karozzi. Ħadd ma weġġa' f’dan l-inċident hekk kif il-karozzi kienu pparkjati.
Madankollu, madwar 60 persuna, jew 20 familja ġew evakwati miż-żona bħala prekawzjoni sakemm isir studju jekk il-pedamenti tal-propjetajiet tal-madwar humiex sodi biżżejjed biex ikomplu jgħixu fihom.