Tisfronda triq fin-Nadur

Read in English.

Triq fin-Nadur sfrondat wara hekk kif il-gżejjer Maltin qed jiġu maħkuma minn maltemp qawwi.

Parti minn Triq il-Madonna ta’ Fatima ċediet fin-naħa tal-ġenb tat-triq tmiss mal-bankina.

Is-Sindku tan-Nadur Edward Said ippubblika ritratti fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook u qal li dan l-inċident kien kawża tal-maltemp.

F’kummenti ma’ Newsbook.com.mt, Edward Said spjega li l-Ministeru għal Għawdex ħa azzjoni immedjata li permezz tagħha t-triq se tinbena mill-ġdid.

Huwa rringrazzja lill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u lid-Direttorat tax-Xogħlijiet għall-għajnuna immedjata.