Tisfronda triq f’San Pawl il-Baħar

Sfrondat parti minn Triq Stella Maris f'San Pawl il-Baħar. 
Kelliema għall-Pulizija qalet ma' Newsbook.com.mt li t-triq sfrondat meta għadda trakk minnha, u minħabba f'hekk l-istess trakk inqabad fiha.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu.
Madanakollu, ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Ritratt: Google Street View