Ritratti: Tisfronda parti mis-saqaf ta’ knisja f’San Ġiljan

Read in English.

Parti mis-saqaf ta’ kamra maġenb il-knisja ta’ Lapsi f’San Ġiljan sfrondat. Indarab raġel li ttieħed l-isptar.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għas-1.15pm. Skont il-Pulizija r-raġel li weġġa’ għandu 34 sena u joqgħod is-Swieqi.

Kelliem għall-Kurja qal lil Newsbook.com.mt li ħaddiem kien qed inaddaf is-saqaf bi preparazzjoni għal xogħol skedat ta’ membrane. Dak il-ħin ċediet parti żgħira mis-saqaf ta’ kamra maġenb is-sagristija fis-sular ta’ fuq. Ir-raġel indarab ħafif.

Pulizija, ambulanza, u membri tas-CPD marru fuq il-post.