Tisfaxxa l-liġi tal-abort fl-Arġentina

Il-prospetti għall-abbozz ta’ liġi li tillegalizza l-abort fl-Arġentina, sfaxxaw meta senatur tal-oppożizzjoni qalet li kienet bidlet ħsiebha u vvotat kontra l-miżura.

Il-proposta, li tespandi d-drittijiet tal-abort lil hinn mil-liġijiet attwali li jippermettu l-proċedura biss f’każijiet ta’ stupru jew meta s-saħħa tal-omm tinsab f’riskju, laħqet għaddiet għall-aħħar qari wara 129 vot favur u 125 kontra.

Minn dakinhar l-attivisti reliġjużi, b’mod partikolari f’partijiet rurali tal-pajjiż, ikkampanjaw kontra l-miżura, li hija appoġġjata minn feministi u gruppi tad-drittijiet li twieldu f’dawn l-aħħar snin minn sforzi biex titwaqqaf il-vjolenza kontra n-nisa.

Aqra r-rapport kollhu hawn.