Tisbiħ u rinovar ta’ 5 akkomodazzjoni soċjali fl-Imsida

DOI / Pierre Sammut

Iktar minn 80 familja se jibbenefikaw minn investiment li sar fl-akkomodazzjoni soċjali fl-Imsida għal valur li jlaħħaq mal-€60,000. Ilbieraħ ġie ffinalizzat ftehim għal rinnovar ta’ 5 blokok fl-Imsida, wara li fis-sena 2018 kien iffirmat ftehim għal 5 blokok oħra. Dawn l-għaxar blokok jinsabu fi Triq il-Wied, Triq il-Balliju Guttenberg u Triq il-Kunċizzjoni.

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Galdes spjega kif il-Gvern għandu 15-il blokka mikrija għal housing soċjali. Kompla jgħid li f’10 minn dawn il-blokok il-Gvern se jkun intervjena f’dawn i-sentejn. Fost ix-xogħol li se jsir fuq il-housing soċjali hemm xogħlijiet ta’ tisbiħ u rinnovar.