Tirtira wara 97 sena tbigħ il-pepprin

Irtirat Rosemary Powell, bużnanna ta’ 103 snin li ilha 97 sena tbigħ il-pepprin. 
Hija bdiet tbigħ il-pepprin ma’ ommha meta kien għad kellha biss sitt snin. Id-dedikazzjoni tagħha għall-bejgħ tal-pepprin issaħħet meta tilfet lil tliet zijiet, missierha u l-ewwel raġel tagħha fi gwerer differenti. 
Fit-Tieni Gwerra Dinjija, Powell ħadmet bħala infermiera, u pprovdiet is-servizz tagħha lill-militar. 
Meta għexet fl-Afrika għal sena, hija kienet tagħmel il-pepprin mill-karti u tagħtihom lin-nies tal-lokal bħala tifkira tan-nies li mietu fil-gwerer.
Meta rritornat l-Ingilterra, Powell kompliet tbigħ il-pepprin f’Londra. 
Riċentament, hija ltaqgħet ma’ Nick Fleming, is-suldat li ndarab u bbenefika minn flus miġbura mill-bejħ tal-pepprin.