Tirriżenja!

Annett Schavan irriżenjat minn Ministru tal-Edukazzjoni fil-Ġermanja wara li fl-aħħar jiem tneħħielha d-Dottorat wara li nstab li kienet ikkopjat testi ta’ ħaddieħor fit-teżi tagħha tad-Dottorat.

Schavan, qrib ħafna tal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, qalet li xorta se tiġġieled id-deċiżjoni meħuda mill-Università ta’ Duesseldorf.