Tirriżenja l-Ministru Belġjana tat-Trasport

Irriżenjat il-Ministru tat-Trasport fil-Belġju, Jacqueline Galant, wara kritika li njorat twissijiet tal-UE dwar is-sigurtà tal-ajruport u wara akkużi li mexxiet, b’mod żbaljat, l-istrajk li sar mill-kontrolluri tal-ajru wara l-attakk terroristiku fl-ajurport ta’ Brussell.
Jum qabel irriżenja d-Direttur Ġenerali tagħha u akkużaha bi tmexxija ħażina tas-settur speċjalment wara l-attakki.