Tirritorna t-tfajla li kienet ilha ħmistax nieqsa

Marilyn Cernigliaro, it-tfajla ta’ 14-il sena li kienet ilha rrapurtata nieqsa mit-18 ta’ Diċembru, marret minn jeddha fl-għassa tal-Pulizija tal-Qawra.
Jidher li t-tfajla marret l-għassa tard ilbieraħ filgħaxija.
Minħabba li kienet ilha nieqsa ħmistax, il-Pulizija kienet talbet l-għajnuna tal-pubbliku darbtejn.