Tirritorna l-atletika Maltija bl-ewwel avveniment tat-Track and Field tal-MAAA

F’konsultazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa, l-Assoċjazzjoni se tipprovdi ambjent sigur bil-miżuri neċessarji ta’ mitigazzjoni

Read in English.

Wara waqfa ta’ erba’ xhur minħabba r-restrizzjonijiet soċjali imposti fid-dawl tal-pandemija tal-coronavirus, il-kompetizzjonijiet tal-atletika organizzata mill-Malta Amateur Athletic  Association se jkomplu nhar is-Sibt 27 ta’ Ġunju. Dan permezz ta’ programm ristrett ta’ attivitajiet li se jsiru fit-trakka Matthew Micallef St John fil-Marsa.

L-avvenimenti se jinkludu distanzi sprint ta’ 100, 200m u 400m kif ukoll it-triple jump, discus u hammer.

Minkejja li kien biss fl-aħħar jiem li l-assoċjazzjonijiet sportivi kienu infurmati li l-avvenimenti kompetittivi setgħu jkomplu, l-MAAA qed tagħmel l-almu tagħha biex tipprovdi l-aqwa opportunitajiet possibbli biex l-atleti jikkompetu fuq livell kompetittiv qabel tmiem l-istaġun.

L-MAAA tinsab f’kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet tas-saħħa biex tiżgura li dawn l-avvenimenti jsiru b’rispett sħiħ tal-protokolli tas-saħħa u tipprovdi sigurtà massima għall-parteċipanti u l-uffiċjali kollha involuti. Il-kompetizzjonijiet se jsiru bil-bibien magħluqa.

Fost firxa ta’ miżuri ta’ sigurtà, l-atleti kollha se tittieħdilhom it-temperatura filwaqt li elementi użati fil-kompetizzjonijiet, fosthom l-istarting blocks se jiġu santizzati kontinwament. Uffiċjali differenti se jkunu qed jieħdu ħsieb żona partikolari u se jibqgħu fl-istess pożizzjoni tul l-avvenimenti kollha.

Qabel it-tellieqa tal-400, se tinżamm minuta silenzju għall-memorja tas-Sur Svein Arne Hansen, President tal-European Athletics li ħalla din id-dinja aktar kmieni din il-ġimgħa. Is-Sur Hansen kellu relazzjoni b’saħħitha ħafna mal-atletika Maltija u mal-MAAA u ħadem biex imexxi l-quddiem dan l-isport f’pajjiżi żgħar fosthom Malta.

Programm ristrett ieħor, li jkopri l-bqija tal-avvenimenti atletiċi l-oħra se jsir fl-4 ta’ Lulju.

Il-programm sħiħ ta’ nhar is-Sibt hu kif ġej:

AvvenimentKategorija (Seniors U18, U20, U23)Irġiel/NisaBidu
100mSen, U18, U20, U23Irġiel1700 hrs
100mSen, U18, U20, U23Nisa1730 hrs
Hammer ThrowSen, U18, U20, U23Irġiel1730 hrs
Hammer ThrowSen, U18, U20, U23Nisa1730 hrs
Triple JumpSen, U18, U20, U23Irġiel1800 hrs
Triple JumpSen, U18, U20, U23Nisa1800 hrs
400 mSen, U18, U20, U23Irġiel1800 hrs
400 mSen, U18, U20, U23Nisa1830 hrs
DiscusSen, U18, U20, U23Irġiel1830 hrs
DiscusSen, U18, U20, U23Nisa1830 hrs
200 mSen, U18, U20, U23Irġiel1900 hrs
200 mSen, U18, U20, U23Nisa1930 hrs

Dan it-tagħrif twassal minn The Malta Amateur Athletic Association