Tirritorna l-14-il edizzjoni tal-BOV Investor Education Programme b’materjal ġdid

Il-preżentazzjonijiet se jsiru minn impjegati tal-BOV li jkunu speċjalizzaw matul is-snin fuq is-suġġetti.  Elvia George, iċ-Chief Financial Officer tal-BOV, flimkien ma’ Marisa Abdilla, Kap tad-Dipartiment tal-Finanzi tal-Bank se jkunu qed jiddiskutu l-interpretazzjoni tar-rapporti finanzjarji. 
Suġġetti oħra jinkludu l-bonds, l-ishma, l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, l-interpretazzjoni ta’ ċifri ta’ prezzijiet, rati tal-interess u skemi ta’ investiment kollettiv.
L-ewwel żewġ korsijiet minn erbgħa mtlew kollha u diġà bdew.  Fi Frar, se jibdew żewġ korsijiet oħra; wieħed fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u wieħed fil-Lukanda Preluna f’Ta’ Sliema – bil-Malti u bl-Ingliż rispettivament. 
Dan il-Programm huwa appuntament annwali li permezz tiegħu l-Bank għandu l-għan iżid l-għarfien fost il-pubbliku fuq il-finanzi.  Din hija inizjattiva oħra tal-Bank bħala parti mill-impenn kontinwu tiegħu ta’ kumpanija attiva, filwaqt li jżomm l-irwol importanti li għandu fis-soċjetà li jopera fiha.
Il-korsijiet huma mingħajr ħlas, bil-għan ewlieni li jedukaw lill-parteċipanti fuq l-istrumenti finanzjarji, aktar milli jippromwovu prodotti jew servizzi speċifiċi tal-bank.  Se jingħata wkoll ċertifikat ta’ parteċipazzjoni lil dawk li jattendu numru minimu ta’ sessjonijiet
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt