Tirriskjawx ħajjitkom u ta’ ħaddieħor – Infermiera

Is-sitwazzjoni li qed jiffaċċjaw fl-isptarijiet Taljani hija iktar gravi milli tistgħu timmaġinaw. L-uniku ħaġa li tistgħu tgħinu hija li toqogħdu d-dar u ma xxerdux il-mikrobu. Dan l-appell imqanqal għamlitu informera Taljana u li xxandar waqt il-programm Newsbook Hour fut 103 FM. Hija spjegat li filwaqt li min jaħdem fis-settur tas-saħħa qiegħed jirriskja ħajtu, wieħed jipproteġi lilu nnifsu kemm jista’ biex jevita li jkun hemm tixrid tal-marda.

Waqt il-programm ta’ nhar it-Tlieta li għadda saret diskussjoni dwar kif is-sitwazzjoni qed teffettwa lill-Italja, l-pajjiż l-iktar milqut minn din il-marda fl-Ewropa.

F’kummenti li għamlet Karen Brightwell, Maltija li tgħix fil-Lombardija fissret li l-isptartijiet Taljani, minkejja l-kwalita’ tas-servizz li jagħtu qed ikollhom jiffaċċjaw deċiżjonijiet iebsa kawża tal-pressjonijiez li qed ikun hemm fuqhom.

Minn naħa tagħha l-infirmiera spjegat li s-sitwazzjoni hija gravi fl-isptarijiet għax m’hemmx biżżejjed sodod u apparat minħabba l-ammonti kbar ta’ nies li għandhom il-CoVid 19. Hija appellat biex kulħadd isegwi u jafda l-appelli li jkunu qed isiru mill-awtoritajiet u fid-dawl tal-LockDown komplet li hemm l-Italja, in-nies joqggħodu fi djarhom u jifhmu li din hija sitwazzjoni ta’ emerġenza.

Karen, minn naħa tagħha fissret li minkejja f’ħafna każi qed nisimgħu fuq kemi anzjani qed imutu, fit-taqsimiet tal-kura intensiva tal-isptarijiet qed jiġu kkurati anke nies li għandhom bejn it-30 u l-45 sena. Hija fissret li din qed taffetwa lil kull Taljan kemm minn aspetti ekonomiċi u anke soċjali.

Hija saħqet fuq l-importanza li kull deċiżjoni li tiġi implimentata minn termini ta’ kwarantina tiġi osservata.