Tirreżenja l-Kap tal-Akkademja tal-Premju Nobel minħabba abbużi sesswali

Il-Kap tal-Akkademja Żvizzera li tinnomina individwi għal Premju Nobel għal-Letteratura, Sara Danius, irriżenjat minħabba każ dwar abbużi sesswali.
L-iskandlu huwa marbut ma’ abbużi seswali fuq  18-il mara minn Jean-Claude Arnault, ir-raġel ta’ waħda mill-membri tal-kumitat tal-Akkademja, Katerina Frostenson.
F’Novembru li għadda kienet diskussa t-tkeċċija ta’ Frostenson mill-kumitat tal-Akkademja.
Il-midja Żvediża qed tirrapporta li wara li ġie deċiż li Frostenson ma titkeċċhiex, 4 membri mill-kumitat ta’ 18 irreżenjaw b’mod effettiv, inkluż il-kap tal-kumitat Sara Danius. 
Dawn l-allegat abbużi seħħew madwar  sena ilu, iżda qatt ma kien hemm xi rapport dwarhom.
Madankollu, issa, il-Pulizija Żvediża se tiftaħ inkjesta maġisterjali.
Min-naħa tiegħu, Arnault dejjem qal li mhuwiex ħati.