Tiri sparati wara li baqa’ jsuq f’żona ristretta

Diversi tiri ġew sparati minn uffiċjali tal-militar Amerikan fuq raġel li prova jsuq bil-karozza tiegħu f’żona ristretta fil-bażi tal-Forza tal-Ajru tal-Istati Uniti.
Ir-raġel qed jinżamm arrestat wara li prova jsuq f’żona ristretta hekk kif baqa’ jsuq minn punt ta’ kontroll fil-bażi ta’ Suffolk.
Il-każ seħħ it-Tnejn waranofsinhar u l-bażi ġiet magħluqa għal ftit ħin.
Fuq twitter, il-Pulizija lokali sejħet dan l-inċisent bħala “inċident sinnifikanti”.
L-inċident mhux qed jitqies bħala attakk terroristiku.
L-ebda persuna ma weġġgħet f’dan l-inċident.