Tiri sparati fid-direzzjoni ta’ membri tal-Birdlife

Birdlife Malta sostniet li lbieraħ filgħaxija riċerkaturi mill-EU LIFE+ Malta Seabird Project spiċċaw fil-mira ta’ attakk vjolenti, vandaliżmu u intimidazzjoni.

Kien għal ħabta tal-4.30 ta’ wara nofsinhar meta żewġ riċerkaturi semaw xi sparaturi u meta rritornaw lejn il-karozzi li kienu fiha raw li kienu ġew sparati tiri ta’ arma tan-nar lejn il-vettura.

Il-karozza kienet ipparkjata fit-triq f’żona protetta.  

Id-Direttur Eżekuttiv ta’ Birdlife Malta, Steve Micklewright sostna li mhux aċċettabbli li l-membri tal-Birdlife jiġu intimidati b’dan il-mod.

Huwa sostna li hekk kif se jaslu Malta numru ta’ volontiera minn madwar l-Ewropa każi kundannabbli bħal dawn m’għandhomx jiġu ripetuti.