Tirċievi ċurkett mingħand persuna misterjuża

Ritratt: Facebook/JeanesseAbela

“Min bagħatli dan iċ-ċurkett, nixtieq nirringrazzjak personalment,” hekk kitbet fuq il-paġna tagħha Jeanesse Abela wara li rċeviet dan iċ-ċurkett mingħand persuna li jidher li baqgħet anonima.

whoever sent me this ring, i would like to thank you from my heart….. pm pls if u r reading this and would like to thank you personally… u made my day xxx

Posted by Jeanesse Abela on Wednesday, November 4, 2020

Jeanesse, li hija mara b’diżabilità li spiss fuq il-midja soċjali titkellem b’mod apert sabiex turi lis-soċjetà li ħadd m’għandu jwarrab persuni bħalha, baqgħet sorpriża b’dan il-ġest u qed tappella lil min bagħatilha dan iċ-ċurkett biex jagħmel kuntatt magħha ħalli tkun tista’ tirringrazzjah/a talli għamlulha l-ġurnata sabiħa.