“Tirbaħ iż-żgħożija”; “Bidla mhux kontinwità” – MPs dwar Abela

X'kienet l-ewwel reazzjoni tal-MPs għar-rebħa ta' Robert Abela?

Robert Abela ġie elett bħala l-Mexxej tal-PL u b’hekk se jkun il-Prim Ministru ġdid ta’ Malta. Kien hemm MPs miż-żewġ naħat tal-Kamra li ferħulu għar-rebħa tiegħu fl-elezzjoni kontra Chris Fearne.

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna kiteb li “qed tiribaħ iż-żgħożija” u wiegħed il-lealtà tiegħu lil Abela.

Qed tirbah iz-Zoghzija. Bhalma ghidt ghaz-zewg kandidati nerga nghidu Issa. Qed nwieghed Il-lejalta’ tieghi lil Prim…

Posted by Edward Scicluna on Saturday, January 11, 2020

Mill-PN, il-MP Ryan Callus awgura lil Abela għall-kariga ġdida tiegħu. Kiteb li jittama li Abela jinduna li Malta għandha bżonn bidla radikali u mhux kontinwità.

Nawgura lil Robert Abela fil-kariga l-gdida li ser ikun qed jokkupa. Ser jiret piz li jirrikjedi bidla radikali fi…

Posted by Ryan Callus on Sunday, January 12, 2020

Il-MP Roderick Galdes qal li hu kienet wieħed minn dawk li ħeġġeġ lil Abela jikkontesta l-elezzjoni. Qal li “t-tesserati tkellmu u mingħajr biża’”.

Jien kont wieħed minn dawk li ħeġġiġtek biex titfa' n-nomina għal dan l-irwol… kont warajk dakinhar, għadni warajk u…

Posted by Roderick Galdes on Saturday, January 11, 2020

Mill-Oppożizzjoni, l-MP Marlene Farrugia qalet li Abela huwa kapaċi li jtejjeb l-intergrità ta’ Malta u jnaddaf lill-PL. Però żiedet tistaqsi jekk hux se jagħmel dan għalkemm għandu l-possibilità.

Can Robert Abela restore Malta’s integrity through the delivery of Justice and Good Governance?Can Robert Abela, push…

Posted by Marlene Farrugia on Saturday, January 11, 2020

Il-MP msemmi fil-Panama Papers li rreżenja fl-2019 mill-kariga ta’ Ministru rringrazzja lil Abela, lil Fearne, u lil Muscat li “bil-viżjoni tiegħu” twettqu bidliet pożittivi. Konrad Mizzi rringrazzja wkoll lil dawk li ħarġu jivvutaw.

Awguri Robert li ġie magħżul mill-membri tal-Partit Laburista sabiex iservi bħala l-Prim Ministru u kap tal-Partit…

Posted by Konrad Mizzi on Sunday, January 12, 2020

Il-MP tal-PN Edwin Vassallo appella lil Abela biex juri li hu differenti minn Muscat biex il-gvern ma jibqax għaddej romblu fuq il-bdiewa, il-pubblika, u s-sistema ġudizzjarja.

Il-proġett tac-Central Link u l-arroganza tal-Ministru Ian Borg

Nappella lill-PM il-ġdid biex juri li hu differenti minn ta’ qablu sabiex il-gvern ma’ jibqax għaddej romblu fuq il-bdiewa, il-pubbliku u s-sistema ġudizzarja.

Posted by Edwin Vassallo on Sunday, January 12, 2020

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal li l-PL “tkellem”. Appella għall-għaqda wara Abela.

Il-Partit Laburista tkellem. Ningħaqdu wara l-mexxej il-ġdid u nkomplu naħdmu għal Malta🇲🇹 tagħna. Awguri lill-Mexxej u l-Prim Ministru l-ġdid Robert Abela u grazzi lil Chris Fearne.

Posted by Carmelo Abela on Saturday, January 11, 2020

Il-MP tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia awgura lil Abela u qal li “lkoll irridu naħdmu għal Malta”.

Awguri Robert u LydiaLkoll jridu nahdmu ghal Malta u pajjizna….Nahdmu ghal vera bidla……

Posted by Godfrey Farrugia on Saturday, January 11, 2020

Il-MP Clayton Bartolo qal li hu kburi li appoġġja lil Abela “sa mill-bidu nett”.

Għażiż sieħbi Robert Abela, kburi li kont miegħek sa mill-bidu nett ta’ dan il-vjaġġ. Avventura li ratna nqattgħu ħafna…

Posted by Clayton Bartolo on Saturday, January 11, 2020

Il-MP Manuel Mallia awgura “kull success” lil Abela. Żied ukoll il-hashtag “#ManuelMallia2020”.

Nawgura kull success lil Prim Ministru l-gdid Robert Abela fit-tmexxija tieghu. Fl-ghaqda hemm s-sahha. #ManuelMallia2020

Posted by Manuel Mallia on Sunday, January 12, 2020

Min-naħa tiegħu l-MP tal-PN ma kitebx dwar l-elezzjoni li ddeterminat min se jkun il-PM ta’ Malta u awgura l-Ħadd it-tajjeb lil dawk li jsegwuh.

Bongu ghalikom lkoll. Il-Hadd t-Tajjeb.

Posted by Carm Mifsud Bonnici on Saturday, January 11, 2020

Reazzjonijiet oħra:

Awguri Robert Abela, Prim Ministru u Mexxej tal-għażiż Partit tagħna, il-Partit Laburista. Inxammru l-kmiem biex f’għaqda waħda inkomplu naħdmu biex l-għażiża Malta tagħna tkompli l-mixja l’quddiem . 🇲🇹🇲🇹

Posted by Chris Agius on Saturday, January 11, 2020

Issa wara l-Prim Ministru l-ġdid tagħna u Mexxej Laburista Dr Robert Abela . Issa partit magħqud u pajjiż magħqud wara l-Prim Ministru u Mexxej ġdid tagħna.

Posted by Anthony Agius Decelis on Saturday, January 11, 2020

Il-jum it-tajjeb.Awguri u prosit lil Robert Abela li ghadu kemm gie elett biex jerfa’ r-responsabbilta` kbira li jservi…

Posted by Evarist Bartolo on Saturday, January 11, 2020

Robert Abela My Leader My Prime Minister

Posted by Glenn Bedingfield on Saturday, January 11, 2020

Nawgura lill-Mexxej elett tal-Partit Laburista Robert Abela u nifrahlu tal-fiducja u s-success li kiseb bil-vot…

Posted by Owen Bonnici on Saturday, January 11, 2020

Awguri Robert Abela u Grazzi Chris Fearne 👏Inkunu irgiel u minn issa ponn wiehed wara l-Mexxej gdid tal-Partit Laburista, prosit Robert 👊🏼

Posted by Ian Borg on Saturday, January 11, 2020

Awguri ħabib, Mexxej u futur Prim Ministru. Inwegħdek il-lealtà assoluta tiegħi.

Posted by Byron Camilleri on Saturday, January 11, 2020

Illejla komplejna niktbu l-istorja ta’ suċċess! L-għażla għall-mexxej il-ġdid tagħna 💪🏻 Robert Abela timlieni…

Posted by Clint Camilleri on Saturday, January 11, 2020

Awguri Robert Abela, Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista. Ejja ħalli lkoll flimkien inkomplu naħdmu biex naraw lill-pajjiżna jkompli miexi 'l quddiem. 🇲🇹🇲🇹

Posted by Chris Cardona on Saturday, January 11, 2020

Grazzi Robert Abela – Prim Ministru ta’ Malta u Mexxej tal-Partit Laburista. Ha ssibni spalla ma’ spalla miegħek biex taħdem b’risq il-poplu tagħna u pajjiżna. #ghaqda #lealta

Posted by Justyne Caruana on Saturday, January 11, 2020

Ahna l-Qriema se jkollna Qormi iehor li se jaghmilna kburin, din id-darba bhala Prim Ministru. Awguri Robert Abela, inhares ‘l quddiem biex nahdmu flimkien ghal pajjizna 🇲🇹

Posted by Rosianne Cutajar on Saturday, January 11, 2020

Prime Minister. Robert Abela

Posted by Deo Debattista on Saturday, January 11, 2020

Awguri Robert Abela u Grazzi Chris Fearne.Mil-lum stess inkomplu nahdmu flimkien bhala Partit wiehed wara l-mexxej u l-Prim Ministru.

Posted by Michael Falzon on Saturday, January 11, 2020

Il-ħabib u kollega Robert Abela se jigi ikkonfermat mit-tesserati tal-Partit bħala l-Mexxej u l-Prim Ministru l-ġdid ta'…

Posted by Aaron Farrugia on Saturday, January 11, 2020

Awguri Robert Abela…Mexxej Laburista gdid u Prim Ministru fi ftit sieghat. Bhalma dejjem shaqt, il-lealta' tieghi lejn il-mexxej, il-moviment u lejn pajjizi

Posted by Michael Farrugia on Saturday, January 11, 2020

Nawgura lil Robert Abela, mexxej gdid tal-Partit Laburista. In-nies ghazluk fl-aktar process storiku tal-Partit Laburista … 17,500 ruh semmghu lehinhom f'din il-votazzjoni

Posted by Julia Farrugia Portelli on Saturday, January 11, 2020

nigbdu lkoll habel wiehed wara robert…

Posted by Etienne Grech MD MP on Saturday, January 11, 2020

Grazzi Chris, Awguri Robert.Kienet kampanja li fiha urejtu li t-tnejn għandkom ħafna x’toffru. B’mod immedjat lealta…

Posted by Clifton Grima on Saturday, January 11, 2020

Auguri KapAuguri tà hidma fejjieda favur il- Maltin u l- Ghawdxin kollha.

Posted by Grixti Silvio on Saturday, January 11, 2020

L-għażla saret u l-messaġġ kien b'saħħtu. L-għaqda tkompli tirrenja. Issa wara Kap ġdid u Prim Ministru dalwaqt Robert Abela. Awguri Robert. Aħna warajk biex inkomplu nimxu 'l quddiem. Grazzi Chris Fearne.

Posted by José Herrera on Saturday, January 11, 2020

Malta tisbaħ għal Prim Ministru ġdid, enerġetiku u sod.Partit Laburista determinat li jkompli jkun protagonist…

Posted by Jean Claude MICALLEF on Saturday, January 11, 2020

Awguri Robert Abela, Prim Ministru ta' Malta u mexxej tal-Partit Laburista.Bhalma dejjem shaqt, noffri l-lealta' tieghi lejn il-mexxej, il-moviment u lejn pajjizi.

Posted by Joe Mizzi on Saturday, January 11, 2020

Proset lil Mexxej il-gdid @robertabela.mt Grazzi ukoll lil @chrisfearne ghal kampanja tieghu. Illum rebah @partitlaburista. Minn Issa stess #flimkienilquddiem

Posted by Alex Muscat on Saturday, January 11, 2020

Ilbierah intemmet it-tellieqa. F’din l-elezzjoni rebah il-Partit Laburista.Prim Ministru wiehed. Ghalija l-Partit u l-Pajjiz l-ewwel. Awguri Robert u grazzi Chris ❤️🇲🇹 Kont katalist ghall-ghaqda fil-Partit.

Posted by Silvio Parnis on Saturday, January 11, 2020

Eżerċizzju ieħor mill-aktar demokratiku fl-istorja glorjuża tal-Partit Laburista. Il-membri tal-Partit Laburista tkellmu…

Posted by Anton Refalo on Sunday, January 12, 2020

Nawgura lil Robert Abela bhala l-mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista u l-Prim Ministru ta’ Malta. Grazzi wkoll lil Chris…

Posted by Silvio Schembri on Saturday, January 11, 2020

Awguri lil Robert Abela l-Mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista u l-Prim Ministru ta’ Malta. Filwaqt li nirringrazzja…

Posted by Edward Zammit Lewis on Saturday, January 11, 2020

Nawgura lill-mexxej il-gdid tal-Partit Laburista Robert Abela kull success fil-hidma li se jwettaq fiz-zmien li gej…

Posted by Stefan Zrinzo Azzopardi on Saturday, January 11, 2020

True colours of Labour shining out. One hopes that the new leadership will simply put a lid on this frenetic assault…

Posted by Claudio Grech on Saturday, January 11, 2020

Intant fi stqarrija l-Kamra tal-Kummerċ qalet li Abela għandu sfida kbira quddiemu. Qalet li tħares ‘il quddiem biex ikollha laqgħa ma’ Abela biex tkun tista’ tippreżentalu 65 proposta. Waħda minnhom hi li jkun hemm Ministru għall-Governanza Tajba.

Graffiti kontra Robert Abela fl-Imsida

Rappurtaġġ addizzjonali minn Sephora Francalanza

Inqas minn 24 siegħa wara li Robert Abela ġie elett Mexxej tal-Partit Laburista u jum qabel jieħu l-ġurament għal Prim Ministru ta’ Malta, huwa spiċċa s-suġġett ta’ xi graffiti li sar fl-Imsida.

Il-graffiti jgħid li Robert Abela huwa biss ħofra fit-triq, ħmieġ fil-passaġġ u li l-ġlieda se tkompli.

Facebook – Cyrus Engerer

Cyrus Engerer, eks kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, kiteb fuq Facebook li għalkemm Abela ma kienx l-għażla tiegħu fil-votazzjoni, qatt ma jista’ jaqbel ma’ attitudni bħal din. Huwa waħħal fin-Nazzjonalisti għal dan l-att. Engerer appella biex Abela jingħata ċans jikkonvinċi lin-nies b’għemilu.

Ma niddejjaqx nghid li l-bierah ma kienx l-ghazla tieghi fil-vot. Madankollu, ma nista’ naqbel qatt ma’ attitudni bhal…

Posted by Cyrus Engerer on Sunday, January 12, 2020