Tirbaħ €353 miljun f’kumpens “għax prodott ikkawżalha kanċer”

Johnson & Johnson ġew ordnati jħallsu €353 miljun lil mara li kellha kanċer fl-ovarji għax kienet tuża prodotti bħall-baby powder.
Id-deċiżjoni tal-Qorti f’Kalifornja wasslet biex din il-mara rċeviet l-ikbar kumpens mill-kumpanija, lil diversi persuni, minħabba li ma wissietx kif suppost dwar riskji tal-kanċer.
Kelliema għal Johnson & Johnson qalet li l-prodotti huma siguri, u li l-kumpanija mistennija tappella d-deċiżjoni, kif għamlet f’każi simili.
Sa issa għad m’hemmx provi konklussivi bejn il-prodotti u l-kanċer.
Johnson & Johnson diġà affaċċjat eluf ta’ kawżi minn nisa li jallegaw li żviluppalhom kanċer minħabba l-prodotti tagħha.