Tiqafx temmen fir-Rockestra

Ġiet imnehdija s-sitt edizzjoni tar-Rockestra, b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Din is-sena, intgħażlet it-tema ‘Don’t Stop Believing’, u għall-ewwel darba saret sejħa pubblika għal dawk li qatt ma pparteċipaw, u kien hemm 118 applikazzjoni.
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca rringrazzjat lill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u dawk kollha li reġgħu taw sehemhom b’mod volontarju. Hi stiednet lill-poplu Malti u Għawdxi biex jaraw l-ispettaklu.
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici wkoll faħħar l-inizjattiva li se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Sigmund Mifsud u d-direzzjoni artistika ta’ Pawlu Borg Bonaci. 
Ir-Rockestra se ssir fis-27 ta' Settembru fl-MFCC f'Ta' Qali.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo