Tippruvax tiftaħ dal-prodott jekk m’għandux valv apposta

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed javża sabiex prodott partikulari tal-kafè ma jinfetaħx jekk ma jkolluix valv fil-qiegħ.
Il-prodott huwa Caffe’ in Grani tad-ditta illy.
It-twissija ħarġet għax jekk dan il-prodott ma jkollux il-valv fil-qiegħ tal-landa, kif jidher fir-ritratt, il-bott jista’ jfaqqa’ b’konsegwenza li jista’ jkun ta’ periklu għall-konsumatur.
Intqal li l-kumpanija involuta ma sabet l-ebda landa difettuża fl-imħażen tagħha u lanqas fil-ħwienet, però peress li parti mill-konsenja laħqet inbiegħet lill-konsumatur, id-direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.