Tipprova tifga lil bintha ta’ 9 snin; it-tifla ma tridx tixhed

Read in English.

Tifla ta’ disa’ snin iddeċidiet li ma tixhidx kontra ommha f’każ li hemm għaddej fil-Qorti. L-omm qed tiġi akkużata li ppruvat tifga lil bintha b’lazz taż-żarbun.

It-tifla kienet mistennija tixhed illum, madanakollu, wara li tkellmet mal-Maġistrat Nadine Lia hi rrifjutat li tixhed kontra ommha. Intant ħarġet ordni ta’ protezzjoni għat-tifla. Il-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx sabiex l-omm u l-bint jitħallew jiltaqaw.

Il-każ seħħ f’Lulju meta l-omm allegatament pruvat tifga lil bintha. Il-mara li għandha 30 sena u li hija oriġinarjament mill-Eritrea qed taffaċċja akkużi ta’ attentat qtil u li kkawżat ġrieħi ħfief lil bintha.

Il-Qorti għadha trid tikkunsidra t-talba għall-ħelsien mill-arrest. Il-mara nżammet arrestata.