Tipproponi taqsima fil-ħabs li tgħin lil priġunieri u lil uliedhom

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, qed tipproponi t-twaqqif ta’ taqsima fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, li taħdem bħala pont bejn persuni fil-ħabs u l-familji tagħhom inkluż uliedhom.
F’lecture dwar dan is-suġġett, organizzata minn Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl fil-Palazz ta’ Verdala, il-President ta’ Malta tkellmet dwar id-diffikultajiet li jiffaċċjaw priġunieri wara li joħorġu mill-ħabs.
Semmiet li f’komunità żgħira bħal f’Malta, fejn min imur il-ħabs ikun magħruf u marġinalizzat iktar, dawn jiffaċċjaw inqas opportunitajiet għal xogħol, edukazzjoni u dar deċenti, li huma kollha fatturi li jwasslu għall-faqar u mill-ġdid għall-kriminalità.
Il-President ta’ Malta rrimarkat li dan iwassal biex 3 minn kull 4 priġunieri wettqu t-tieni reat jew iktar.
Qalet ukoll li sadattant, il-familji u wlied il-priġunieri jbatu u kien għalhekk li ħeġġet taqsima li tgħinhom. Fl-istess ħin, ħeġġet ukoll il-possibiltà ta’ komunikazzjoni bejn il-200 priġunier barrani u l-familji tagħhom.
Ritratt: OPR