Tippromwovi lil Malta fil-Belġju permezz tal-films

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) organizzat diversi attivitajiet fil-Belġju, relatati ma’ films, bil-għan li tippromwovi l-gżejjer Maltin.
L-ewwel attività kienet relatata mal-Gent film Festival, fejn kienu mistiedna l-aġenziji tal-ivvjaġġar. Din kienet segwita minn inizjattiva oħra marbuta mal-film tat-tfal Mega Mindy versus Rox, li nġibed f’diversi postijiet madwar Malta f’perjodu ta’ xahar. Fost il-postijiet fejn sar il-ġbid tal-film hemm Marsaxlokk, il-Birgu, il-Palazz ta' Selmun, Delimara u Għawdex.
Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA Paul Bugeja qal li l-industrija tal-films f’Malta fl-2015 kienet suċċess, b’kontribut ekonomiku ta’ €100 miljun fl-ekonomija Maltija.