Tippreferi żżomm il-ħin tas-sajf jew tax-xitwa?

Fi stħarriġ mhux xjentifiku li sar, jidher li 54% tal-Maltin jippreferu li jżommu ħin wieħed tul is-sena kollha. Int x’tippreferi: ħin wieħed għa-sena kollha jew li l-ħin jinbidel bejn is-sajf u x-xitwa?

In-nies qed jiġu mitluba jgħidu tagħhom dwar jekk jippreferux li jżommu ħin wieħed is-sena kollha jew li l-ħin jibqa’ jinbidel mis-sajf għax-xitwa.

Il-Maltin għandhom iċ-ċans jivvutaw x’jippreferu onlajn minn hawnhekk sa nhar it-Tnejn li ġej, sabiex il-Gvern Malti jkun jista’ jieħu pożizzjoni f’isem il-poplu Malti fil-Kunsill Ewropew.

Dan wara li l-Kummissjoni Ewropea pproponiet li jinżamm ħin wieħed tul is-sena kollha, wara stħarriġ li kienet għamlet fl-Ewropa.