Tippreferi banju sħun jew mixja ta’ nofsiegħa?

Riċerkaturi sabu li xorta taħraq il-kaloriji jekk tieħu banju sħun minflok tmur mixja ta’ nofsiegħa.
Grupp ta’ xjentisti mill-Università ta’ Loughborough għamlu studju fuq 14-il raġel. L-ewwel bagħtuhom siegħa bir-rota imbagħad wara siegħa banju f’temperatura ta’ 40 grad.
Filwaqt li nstab li bir-rota ħarqu aktar kaloriji, il-banju għen biex tilfu mal-130 kalorija oħra – l-istess ammont li wieħed jitlef meta jimxi għal 30 minuta.
Ix-xjentisti osservaw ukoll iz-zokkor fid-demm tal-irġiel, u sabu li dan kien 10% inqas meta ħarġu mill-banju, meta mqabbel ma’ meta għamlu l-eżerċizzju.
Il-banju jidher ukoll li jgħin biex tonqos l-infjammazzjoni kronika.