Tippjana xejn fit-12 u t-13 ta’ Novembru

Ikla b’risq il-persuni li jbatu bid-dijabete se tiġi organizzata fil-jum dinji li jfakkar din il-kundizzjoni.
Din l-ikla li se tiġi organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dijabete, se tkun il-Ħadd 13 ta’ Novembru fid-db San Antonio Hotel & Spa f’San Pawl il-Baħar.
L-ikla se tkun f’forma ta’ buffet u l-prezz se jkun ta’ €26 kull persuna. Madanakollu, għat-tfal il-prezz mistenni li jitnaqqas.
Barra minn hekk, l-Assoċjazzjoni se torganizza wkoll seminar dwar il-kura tal-għajnejn bl-għan li titqajjem kuxjenza dwar id-dijabete tat-tip 2.  
Dan is-seminar se jittella’ fit-12 ta’ Novembru fil-lukanda Osborne, il-Belt Valletta mid-9am sa 12pm. 
Għal iktar dettalji  wieħed jista’ jżur is-sit.