Tipparkjax hawn fil-Mellieħa nhar il-Ħadd

Il-Kummissarju tal-Pulizija ħabbar li 6 spazji tal-parkeġġ fi Triq il-Kbira fil-Mellieħa l-Ħadd filgħodu se jkunu indisponibbli.

Dan skont l-avviż legali 101/97. Min jipparkja f’dawn l-ispazji mis-7am sa 12pm jiġi mħarrek, u l-karozza tiġi rmunkata. 

Kelliem għall-Pulizija kkjarifika ma’ Newsbook.com.mt li 6 spazji tal-parkeġġ f’din it-triq se jkunu indisponibbli, u mhux it-triq kollha. L-avviż tal-pulizija ma kienx jispeċifika liema parti tat-triq se tkun magħluqa.