Hekk kif hemm ċans li meta s-sajjetti jolqtu l-baħar jikkawżaw fatalitajiet, il-Malta Red Cross qed tappella biex il-pubbliku ma jgħumx.
Fuq Facebook, l-għaqda qalet li minħabba maltempata qalila bir-ragħad u s-sajjetti, il-maġġoranza tal-bajjiet għandhom bnadar ħomor doppji. Spjegat li dan ifisser li hemm riskju kbir u inkwetanti jekk persuni jiddeċiedu li jgħumu f’dawn il-bajjiet.
Aqra: Żewġ maltempati qawwijin se jgħaddu minn fuq Malta
L-appell jinsisti li wieħed jevita żoni kbar u miftuħa. Jekk sajjetta tinżel fil-baħar, jista’ jkun hemm riperkussjonijiet fatali għal dawk kollha viċin.
Intant qalet li kulħadd għandu jsegwi l-istruzzjonijiet tal-lifeguards. Filwaqt li jħallu s-sens komun jirrenja.
Malta se tesperjenza żewġ maltempati qawwijin bejn illum u għada. Dan skont il-bassara indipendenti tat-temp Maltese Islands Weather.