Tinżamm arrestata wara li nqabdet tisraq minn ATM

Mara nżammet arrestata wara li ġiet akkużata li serqet credit cards tas-sieħeb tagħha biex ġibdet €40,000 mill-kont bankarju tiegħu.
Il-mara ta’ 32 sena mill-Brażil inqabdet mill-Pulizija wara li s-sieħeb tagħha għamel rapport li kienu qed jinġibdu l-flus mill-kont bankarju tiegħu mingħajr permess.
Mill-filmati mill-kameras tas-sigurtà tal-ATMs irriżulta li l-mara kienet qed tiġbed il-flus mill-kont bankarju tas-sieħeb tagħha fil-preżenza ta’ persuna oħra.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit irrifjutat it-talba ta’ ħelsien mill-arrest.