Tinżamm arrestata wara li kisret il-kundizzjonijiet tal-Qorti

Mara ta’ 34 sena minn Ħaż-Żebbuġ tressqet il-Qorti akkużata li kissret il-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti fi Frar tas-sena l-oħra. Il-mara wieġbet mhix ħatja li ma ffirmatx fl-għassa ta’ Raħal Ġdid diversi drabi minn Jannar li għadda. Hija kienet akkużata wkoll li ma osservatx il-ħinijiet li matulhom riedet toqgħod id-dar.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet li l-mara ġiet innutata titlajja fit-toroq tal-Gżira u l-Marsa fil-ħmistax li għaddew waqt rondi mill-Pulizija tal-iskwadra ta’ kontra l-vizzji. L-Ispettur qal li l-mara kienet tipprovdi isem falz lill-Pulizija li kienu jwaqqfuha u jitolbuha d-dettalji tagħha.

Qed ikun allegat ukoll li l-mara kienet qed titlajja wara l-ħin impost mill-Qorti f’kawża separata meta hi suppost ma setgħetx toħroġ mid-dar wara d-9pm.

Ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest u l-mara baqgħet tinżamm arrestata.