Tinvesti €5 miljun biex tfakkar il-100 sena

Il-kumpanija Magro Brothers Group se tkun qed tinvesti €5 miljun fl-okkażjoni tal-mitt sena mit-twaqqif tagħhom.
Dan tħabbar waqt żjara li saret mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo fil-kumpanija.
Intqal li dan l-anniversarju jirrappreżenta pass importanti għall-ekonomija Għawdxija u għall-agrikoltura nazzjonali u
Il-Ministru Refalo ġie mdawwar mal-fabbrika  mid-diretturi  John u Michael Magro.  
Ġie spjegat kif fl-2012, il-Magro Food Village nħoloq fil-post tal-impjant fix-Xewkija biex ikompli jippromwovi s-snajja’ tradizzjonali lokali.
Ritratt: MGOZ – George Scerri