Lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Malta dalgħodu ntlemħet tromba, issa li tmiem il-ġimgħa mistenni jġib miegħu x-xita, minkejja kemm qorob is-sajf.
Il-paġna It-Temp Madwarna xerrdet ritratt li nġibed dalgħodu qrib il-bajja tal-Ġnejna fl-Imġarr, li juri tromba ffurmata qalb ħafna sħab griż.
Għalkemm illum it-temp mistenni jkun fil-maġġorparti xemxi, għada mistennija tagħmel ix-xita.
Jumejn ilu wkoll għamlet tromba, qawwija tant li rnexxielha taqleb karavan fl-Armier.