Aġġornata: Gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Tas-Sliema

Mara qed issofri minn ġrieħi gravi wara li allegatament minn karozza fi Triq Santa Marija f'Tas-Sliema.
Kelliem għall-Pulizija qal ma' Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:00pm. Qal li l-mara hija Pollakka li toqgħod f'Tas-Sliema.
Aktar tard fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-Pollakka għandha 35 sena. Żiedet tgħid li l-karozza kienet misjuqa minn raġel ta' 34 sena residenti ż-Żurrieq.